Sunday, May 19, 2024

Għada hemm possibilità ta’ xi ftit xita

Aqra wkoll

Għada t-Tlieta hemm posibbilità ta’ xi ftit xita. Dan qiegħed jingħad minn Gordon Grech fuq is-sit tat-tbassir tat-temp tiegħu l-Aġġornament tat-Temp.

Ir-riħ għada se jkun mil-Lbiċ forza 4 li aktar tard idur Punent Majjistru li jitqawwa għal forza 5 għal 6 sa filgħaxija.

It-temperatura wkoll se tkompli tonqos hekk kif għada l-ogħla waħda se tmiss it-18°C filwaqt li l-inqas 13°C.

Intant l-Erbgħa imbgħad mistenni li jkun b’xi ftit xita til il-lejl li jsir ftit imsaħħab mal-jum. Ir-riħ se jkun mill-Majjistral forza 5 għal 6 filwaqt li l-ogħla temperatura se tkun 19°C u l-inqas 13°C.

Sport