Wednesday, November 20, 2024

Bernard Grech jgħid li l-Gvern ma’ għandux pjan għat-traffiku imma skontu l-PN għandu pjan ħolistiku

Aqra wkoll

Il-Gvern ma għandux pjan fil-qasam tat-toroq, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista għandu pjan ħolistiku li jinkludi karreġjati ddedikati għal tal-linja, flimkien ma’ inċentivi għal dawk l-individwi li jiddeċiedu li jċedu l-vettura tagħhom.

Dan iddikjarah il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, fejn irrimarka li fiż-żmien li qegħdin bħalissa mhuwiex il-mument li ssir xi ħaġa sabiex kulħadd ikun komdu.

Grech semma kif il-Partit immexxi minnu, mhuwiex se jintaxxa l-għoli tal-ħajja u li se jkun qiegħed jagħti krediti ta’ taxxa biex iż-żidiet fil-pagi ma jimpattawx lil min iħaddem.

Fid-diskors tiegħu, il-Kap Nazzjonalista qal li skontu diversi pajjiżi Ewropej jirrikonoxxu l-ħidma tad-deputati tal-PN fil-Parlament Ewropew, il-Gvern Malti jrid jiċċensura lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. Temm jgħid li l-poplu għandu d-deċiżjoni li bil-vot tiegħu jara jekk iridx irażżan lill-Gvern jew le.

Sport