Bħal-lum 7 ta’ Mejju tas-sena 1945, il-Ġermanja Nażista ċediet mingħajr kundizzjonijiet, u dan wassal għat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa. Minkejja li kien hemm mexxejja Nażisti li ġew ikkastigati għal għemilhom, għadd ta’ mexxejja Nazisti u Faxxisti komplew iżommu l-poter u l-ġid tagħhom. Oħrajn irnexxielhom jaħarbu.
Fil-Ġermanja tal-Punent, minkejja d-“denażifikazzjoni”, il-biċċa l-kbira tal-kriminali tal-gwerra Nażisti baqgħu ma ġewx ikkastigati, u ħafna ġew impjegati mill-ġdid f’pożizzjonijiet uffiċjali.
Kriminali tal-gwerra kkundannati bħal Hanns Martin Schleyer malajr reġgħu kisbu l-poter: Schleyer innifsu malajr sar president tal-assoċjazzjonijiet ewlenin ta’ min iħaddem tal-Ġermanja, u għen biex ikisser it-trade unions. Ħafna xjentisti Nazisti ġew impjegati biex jaħdmu fl-Istati Uniti bħala parti mill-Operazzjoni Paperclip, filwaqt li oħrajn tpoġġew jaħdmu fl-Unjoni Sovjetika taħt l-Operazzjoni Osoaviakhim.
Fil-Greċja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit appoġġjaw il-Faxxisti Griegi u s-sostenituri Nazisti fi gwerra ċivili brutali kontra l-eks membri tar-reżistenza. Fl-Italja, is-CIA intervjeniet fl-elezzjonijiet tal-1948 biex tipprevjeni r-rebħa tax-xellug, li kien is-sinsla tar-reżistenza.


