“Bi pjaċir ninfurmakom li ġejt rilaxxat mil-Isptar Mater Dei fejn kont ninsab rikoverat wara l-inċident li kelli nhar il-Vitorja. Nkun qed nonqos jekk ma nirringrazzjax lil-staff tal-Burns Unit tal-kura b’attenzjoni li tawni għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat”.
Dan kien il-messaġġ li wassal Rene Briffa fuq Facebook, hekk kif propju f’jum il-Vitorja kellu jidaħħal l-Isptar Mater Dei b’urġenza minħabba li splodew xi murtali ħdejh fil-Mellieħa.
Fl-istess messaġġ, Briffa rringrazzja lill-familja kollha tiegħu, lil kollegi tax-xogħol, kif ukoll lis-sapporters u l-plejers ta’ Mqabba FC tat-talb li offrew u ta’ kemm il-darba marru jarawh waqt li kien qiegħed l-Isptar jirċievi l-kura meħtieġa.
Temm jgħid; “Filwaqt li nirringrazzja lil-Madonna li kienet miegħi u ma sħabi sabiex ġie evitat inċident ikbar, nibqa nafda fiha sabiex tkompli tħarisni fil-kumplament għat-triq tal-fejqan”