Tuesday, May 14, 2024

“Bid-determinazzjoni, prudenza u intelliġenza, Robert għandu jkompli bis-suċċess li għamel”

Aqra wkoll

Dr Stephen Montford qal:“Jekk wieħed jgħid li Robert Abela għandu kollox vera beżluh għax kif laħaq Prim Ministru nqala’ minn kollox. Trid tkun beżżul li lanqas xahrejn wara tfaqqgħet pandemija li d-dinja moderna qatt ma rat bħalha. Imma anke hawn Robert ħareġ ta’ mexxej u statista sod. Sentejn wara din il-misħuta pandemija, Robert flimkien mal-Kabinett tiegħu, mexxew il-pajjiż b’mod inkredibbli u jekk alla jrid, ma joħroġx varjant ieħor, nidhru li mexjin lejn in-normalità.”

“Fil-bidu tal-pandemija l-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru kienu viċin tagħna l-front liners, inkoraġġewna, tawna kollox, fondi, ilbies protettiv u faċilitajiet daqs u aktar minn pajjiżi ferm ikbar minn tagħna. Mhux hekk biss. Dejjem sibna lill-Prim għal solliev, inkoraġġament u dan speċjalment meta kien iżurna l-isptar fl-iktar mumenti koroh.”

Żied jgħid: “Jekk Robert ħareġ ta’ king f’baħar imqalleb, x’se jagħmel meta ma jkollnix dawn l-ostakli? Bid-determinazzjoni, prudenza u intelliġenza, Robert għandu jkompli bis-suċċess li għamel.”

Sport