Tuesday, May 14, 2024

“Urejtna kemm int kaptan tal-maltemp… bqajt magħna u se tibqa’ magħna”

Aqra wkoll

Jesmond Aquilina, l-ewwel Sindku ta’ Ħal Qormi u li llum huwa President tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar beda l-indirizz tiegħu waqt ir-rally f’Ħal Qormi billi qal: “Aħna l-Qriema kburin bik Robert Abela. Wieħed minna, trabbejt magħna u naf kemm għandek għal qalbek din il-belt Pinto, lil pajjiżna u b’mod speċjali dawk vulnerabbli. Aħna l-Qriema qegħdin hawn biex nibdew it-triq miegħek. Għalhekk kull vot lill-kandidati Laburisti f’dan id-distrett ikun vot lilek. Għalhekk kif dejjem għamilna, b’ħeġġa kbira ejjew inkomplu nagħtu u nsaħħu din il-fiduċja.”

Aquilina sellem lil dawk kollha Qriema u m’humiex li tilfu ħajjithom kaġun tal-pandemija fosthom il-mibki u qatt minsi Renald Falzon. 

“Urejtna kemm int kaptan tal-maltemp. Hawn urejtna li l-Qriema huma wisq iktar irġiel mhux sa nofsinhar imma sa nofsillejl. Bqajt magħna u se tibqa’ magħna,” qal Aquilina.

“Il-Prim Ministru wegħdna Rebbiegħa u sajf mill-aqwa. U kif! dak li qed nistennew ilkoll li f’April naraw il-Ġimgħa l-kbira ħierġa u l-Ħadd nifirħu bl-Irxoxt. Imbagħad f’Ġunju u Lulju nerġgħu ngawdu l-festi għeżież tagħna. Dan kien possibbli għax int u sħabek kontu magħna, għax int u sħabek għentu tant ħaddiema biex ma jitilfux ħobżhom u llum jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom u jagħmlu dak li jħobbu. Dan jistgħu jagħmlu wkoll f’ambjent aħjar.”

Sport