Saturday, December 21, 2024

“Bikom warajna mhux se nħalluhom ireġġgħu l-arloġġ lura”

-IL-PM JAPPELLA BIEX ĦADD MA JAQA’ GĦALL-PROVOKAZZJONI

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’messaġġ ċar u b’saħħtu, quddiem folla kbira ta’ nies li nġabret fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, għall-mass meeting tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela appella sabiex tinżamm il-kalma u biex ħadd ma jaqa’ għall-provokazzjoni.

“Inwieġbu b’mod sod imma b’kalma, trankwillità u serenità kbira. Billi ma nħalluhomx jerġgħu jaħkmu lil dan il-pajjiż. Sodi imma kalmi. Sodi iżda ma ninsewx,” enfasizza l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu.

Huwa beda biex stqarr li hu tajjeb li niċċelebraw l-1 ta’ Mejju flimkien, sabiex b’hekk ikun qiegħed jintbagħat messaġġ ċar lil dawk “li qed jipprovaw ikasbruna.” Saħaq li “bikom warajna mhux se nħalluhom jreġġgħu l-arloġġ lura. Bikom warajna se nibqgħu nibnu futur aħjar għalikom u għal uliedkom.”

Dr Abela żied jgħid li l-1 ta’ Mejju huwa jum speċjali għall-Partit Laburista, jum li għalih kellhom jissieltu bil-kbir dawk li ġew qabilna. Waqt li qal li jista’ jku hemm min jistaqsi għalfejn qiegħed jaqla’ l-ġlidiet tal-passat, il-Prim Ministru sostna qed jagħmel hekk għaliex jista’ jkun faċli li nieħdu kollox “forgranted”.

Kien hawn fejn enfasizza li l-forzi li lbieraħ kienu kontra l-progress tan-nies, illum l-istess għadhom kontra l-progress tagħhom. Qal li għalihom iż-żmien li dan il-moviment jagħmel imexxi lill-pajjiż huwa żmien ta’ ċaħda.

“Jemmnu li jafu kollox, li tagħhom biss tajjeb. Rajniehom sa ftit ilu… qalu li l-PN għadu hawn. Qalu li sentejn oħra jkunu fil-Gvern. Smajnieha lilha: tgħid this is my Prime Minister – lil dak li l-poplu sfiduċjah bis-saħħa kollha,” tenna l-Prim Ministru. “Id-diskors tagħhom dejjem l-istess… baqgħu l-partit tal-awsterità, li m’għandu l-ebda awtorità morali.”

Ekonomija

Sport