Wednesday, April 24, 2024

“Bil-kontra tal-Oppożizzjoni, aħna ma nħarsux lejn uċuh, iżda nħarsu lejn l-idonjetà tal-persuna.”

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield fir-rigward il-kariga ta’ Kummissarju tal-Istandards

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield qal li l-Gvern, għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Istandards, qed jipproponi bniedem serju, li jaf x’jiġifieri imparzjalità, persuna ta’ integrità li jaf x’jiġifieri tkun fuq il-bank tal-ġudikatura.

“Bil-kontra tal-Oppożizzjoni, aħna ma nħarsux lejn uċuh, iżda nħarsu lejn l-idonjetà tal-persuna. Lejn il-ħila u r-rettezza li ġġorr magħha din il-kariga, li permezz tagħhom persuna li sservi f’din il-kariga tkun tista’ sservi lill-pajjiż u mhux lill-partit.

“Dan hu l-ispirtu li bih qed inressqu din l-emenda. Biex il-mekkaniżmu jintuża biss f’sitwazzjoni li ġejna fiha. Sitwazzjoni li ġabitna fiha l-Oppożizzjoni għall-mottiv politiku kapriċċuż tagħha. Tant hu hekk li l-Kummissjoni Venezja qaltilna biex nagħmlu dan l-anti deadlock mechanism,” qal Bedingfield.

Huwa kompla jgħid li d-demokrazija titlob li jekk ma jkunx hemm qbil, il-kariga ma tistax tibqa’ vakanti. Enfasizza li “jrid ikun hemm Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika u għalhekk trid tinstab soluzzjoni. Ma nistgħux inħallu ftit nies jimminaw proċess demokratiku. Din l-emenda, li qiegħda tiżblokka sitwazzjoni bħalma ġejna affaċjati biha, hi meħtieġa.”

Sport