Sunday, December 22, 2024

“Bil-qalb kollha” … Ix-xewqa ta’ Jake żgur li se ssir realtà

Diversi kitarristi jesprimu x-xewqa li jgħallmu lil Jake mill-Isptar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ dan is-sit flimkien ma’ oħrajn xerridna x-xewqa ta’ Jake Vella – li wara xhur l-isptar esprima x-xewqa li jitgħallem il-kitarra – ma kinux wieħed jew tnejn dawk li bagħtu biex jgħinuh.

Kien il-Ministru għall-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi li lbieraħ xerred ritratt fuq il-profil tiegħu ma’ Jake u talab għall-għajnuna.

Ma setax jonqos li sa minn kmieni dalgħodu, diversi kitarristi bdew jistaqsu kif jistgħu jgħinu lil Jake. Mhux biss, persuni oħra offrew li saħansitra jagħtuh il-kitarra tagħhom. Konferma oħra ta’ kemm il-poplu Malti kapaċi jingħaqad f’solidarjetà fi ftit ħin u jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Ekonomija

Sport