Wednesday, April 24, 2024

Jake jixtieq lil xi ħadd jgħallmu l-kitarra… iżda qed l-isptar

Aqra wkoll

Jake Vella magħruf għal kuraġġ kbir li għandu wera x-xewqa li jitgħallem il-kitarra… iżda ma jaf lil ħadd li jista’ jgħallmu minħabba li qed rikoverat l-Isptar Mater Dei.

Kien il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi li fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali qal li kien mar iżur lil Jake u dan it-tfajjel wera x-xewqa li jitgħallem il-kitarra.

Jake Vella ilu rikoverat fl-Isptar Mater Dei għal xhur sħaħ u minkejja li kien marid sew jibqa’ mimli b’kuraġġ u jittama li xi darba jfiq u jieħu ħajtu lura.

F’Novembru li għadda Jake kien f’xifer il-mewt, iżda bil-mod il-mod qed jagħmel progress f’saħħtu.

Forsi xi ħadd joffri li jmur jgħallem il-kitarra lil Jake…

Sport