Saturday, December 21, 2024

Binja prominenti ta’ wara l-gwerra se tinbidel f’Boutique Guest House

Aqra wkoll

Binja ta’ wara l-gwerra f’Bormla, li serviet bħala kunvent għall-ordni reliġjuż tas-Sorijiet tal-Ursolini partikolarment fil-kura tat-tfal, ingħatat permess ta’ żvilupp mill-Kummissjoni tal-Ippjanar għall-konverżjoni f’boutique guest house.

Ix-xogħlijiet ta’ adattament approvati għall-guest house ta’ 17-il kamra ma għandhomx jaffettwaw il-karattru tal-binja, u l-ebda karatteristiċi ta’ importanza arkitettonika mhu ser tkun affettwata b’mod negattiv.

Ix-xogħlijiet jinvolvu alterazzjonijiet interni żgħar, iż-żieda ta’ tabella fuq il-faċċata ewlenija, estensjonijiet tal-ewwel u t-tielet sular (mingħajr ma jinħolqu sulari ġodda), u l-bini ta’ pool fuq il-bejt. Is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ma oġġezzjonatx għall-proposta.

Il binja tinsab f’żona storikament rikka u fiż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) ta’ Bormla, li tippreserva l-karattru storiku u arkitettoniku tal-belt. Minkejja li l-binja ġiet mibnija wara l-gwerra, l-Istitut tal-Ursolini jikkontribwixxa għat-taħlita unika ta’ arkitettura antika u ġdida li tiddefinixxi era ta’ meta ġiet mibnija. Il-bini kellu rwol prominenti fil- komunità bħala binja ta’ importanza, u għandu ċertu grad ta’ sinifikat arkitettoniku minħabba d-disinn tiegħu, li jikkumplimenta l-madwar.

Din il-bidla ser tadatta l-bini għall-użu tal-ospitalità filwaqt li tippreserva l-integrità arkitettonika tagħha u tirrispetta l-post fejn tinsab fil-qafas ta’ konservazzjoni urbana.

Ekonomija

Sport