Wednesday, April 24, 2024

Bint teħodha kontra ommha li attendiet għall-irvellijiet fil-bini tal-Capitol

Aqra wkoll

“Tiftikar Ma meta għiftli biex ma mmurx għall-protesti ta’ Black Lives Matter għax ikun hemm il-vjolenza? Din hi int issa”

Helena Duke ta’ 18-il sena, ċanfret lil ommha li attendiet għall-irvellijiet li seħħew fil-bini tal-Capitol, fl-Istati Uniti. L-omm, Therese Duke, li taħdem bħala infermiera ġewwa l-University of Massachusetts Medical School Memorial Health Care, tidher f’xi filmati tiġġieled bl-idejn ma’ pulizija.

Intant, Helena, fuq is-sit soċjali ta’ Twitter staqsiet lil ommha jekk tiftakarx meta qaltilha biex ma tmurx għall-protesti ta’ Black Lives Matter għax ikun hemm il-vjolenza. Ma’ din il-mistoqsija retorika, Helen tellgħet ritratt ta’ ommha miksja bid-demm b’messaġġ, “din hija int issa.”

Sport