Thursday, November 14, 2024

Birkirkara jsaħħu l-ewwel post

Aqra wkoll

Mosta …………0

Birkirkara …..1

Minn Cristian Muscat

F’logħba pjaċevoli, Birkirkara għelbu lil Mosta b’goal lejn it-tmiem biex saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika.

Min-naħa ta’ Mosta, dawn iħossuhom sfortunati li ħarġu b’idejhom vojta minħabba li kienu sfida den­ja u qasmu l-logħob mal-avversarji.

Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta meta Maxuell Maia Da Silva approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Mosta, avvanza tajjeb iżda kellu x-xutt fil-baxx tiegħu salvat  mill-goalkeeper ta’ Mosta, Da­vid Udoh Akpan.

Huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti wara corner dirett ta’ Shaun Dimech ġie salvat minn Akpan.

Mosta wieġbu fit-12-il minuta meta Leonardo Fernandes xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Joshua Agyemang li minn taħt il- lasta ra lill-goalkeeper Giacomo Volpe, jsalva f’corner bi bravura.

Fit-22 minuta, konklużjoni tal-Mosti, Prince Afriye, reġgħet ħarġet l-aħjar ta’ Volpe, hekk kif reġa’ kien providenzjali għall-Istripes.

Żewġ minuti biss wara l-istess Afriye, ittanta xortih b’xutt mid-distanza iż­da kien dgħajjef wisq u għaldaqstant Volpe seta’ jsalva mingħajr wisq tbatija.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta resqu viċin iżda Zachary Brincat xeħet għoli.

Fid-69 minuta, Birkirkara fallew ċans meta Andrea Zammit xeħet lejn Yikipe li naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun biex jitfgħu fix- xibka.

Meta kollox deher li l-partita kienet se tispiċċa fi draw, Birkirkara skorjaw il-goal tar-rebħa minn daqqa ta’ ras preċiża ta’ MAXUELL MAIA DA SILVA minn az­zjoni ta’ corner.

Fit-93 minuta, Volpe salva lill-Istripes b’save brillanti mill-free-kick ta’ Leonardo Fernandes.

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Prince Afriye (30-Chisom Okereke 88), 6-Lassina Coulibaly, 7-Richard Luca Rosa Da Silva (9-Souleymane Kone 62), 13-Clayton Failla, 21-Nathan Agius, 23-Joshua Agyemang, 31-Joao Victor De Souza, 74-Jake Vassallo (26-Matheus Gomes Santos 62), 77-Zachary Brincat, 96-Leonardo Fernandes – Coach: Joe Grech

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Manuel Ignacio Morello (77-Maicon 76), 5-Agustin Sandona, 6-Pablo Leonel Gaitan, 7-Shaun Dimech (10-Andrea Zammit 60), 20-Alex Satraiano, 24-Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 91-Maxuell Maia Da Silva, 99-Juan Jose Siafa (93-Gislain Gnamien Yikipe 59)   – Coach: Stefano De Angelis

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: M. Maia 87 (B)

AMMONITI: P. Afriye (M), P. L. Gaitan, Y. Gnamien Gislain (B)

Ekonomija

Sport