Monday, June 1, 2026

Blackball: Paritá assoluta bejn Cospicua Rangers A u Ħamrun 147 A

Aqra wkoll

F’logħba ferm bilanċjata li kellna mill-kampjonat nazzjonali tal-Blackball Cospicua Rangers A u Ħamrun 147 A temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 10-10. Kien konfront fejn il-vantaġġ beda jalterna minn tim għall-ieħor iżda fl-aħħar mill-aħħar iż-żewġ naħat ħadu punt kull wieħed. Dan kollu hekk kif matul din il-ġimgħa tibda l-fażi deċiżiva minn kull kampjonat sabiex eventwalment isiru magħrufa ċ-champions rispettivi ta’ kull diviżjoni.

F’sezzjoni A tal-Kampjonat Reġjonali, Żebbuġ St Joseph A, San Ġwann Tiki Taka Boys u Ħamrun 147 C rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom kontra Domus Kids Żejtun A, Valletta Fossa Boys u Qormi Pinto B bl-iskor ta’ 11-0.

F’sezzjoni B, il-leaders Ħamrun 147 B komplew bit-triq tar-rebħ hekk kif għelbu lil Birkirkara Youngsters 11-4 filwaqt li t-tim fit-tieni post San Ġwann Tiki Taka Spartans għelbu lil PL Balzan B 11-0.

F’logħba oħra mill-istess sezzjoni, Selmun Sports Club A għelbu lil Siġġiewi Montekristo A 11-5.

F’sezzjoni A tal-Community League, PL Floriana huma l-liders għalkemm fil-logħba kontra Żebbuġ St Joseph B kellhom jissieltu sabiex fl-aħħar mill-aħħar rebħu 11-9.

Cospicua Rangers B jinsabu fit-tieni post hekk kif għelbu lil Mrieħel Billiard House B 11-2. Hekk kif Birkirkara Juve rebħu 11-9 kontra Selmun Sports Club C, kien hemm draw ġust ta’ 10-10 bejn Birżebbuġa St Peter’s B u Siġġiewi Montekristo C.

Finalment f’sezzjoni B tal-istess kompetizzjoni, it-tim fil-quċċata Ħamrun 147 D għelbu lil Qormi Anici 11-0 u bl-istess skor Birkirkara Boċċi għelbu lil Birżebbuġa St Peter’s A. San Ġwann Tiki Taka Buddies kisbu tliet punti importanti għas-spejjeż ta’ Siġġiewi Montekristo hekk kif rebħu 11-2 sabiex PL Balzan u Selmun Sports Club spiċċaw fi draw ta’ 10-10.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers A, 25, Qormi Pinto A, 19, Hamrun 147 A, 14, Mriehel Billiard House A, 7

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI – SEZZJONI A

Qormi Pinto B, 25, San Gwann Tiki Taka Boys, 19, Hamrun 147 C, 19, Zebbug St Joseph A, 13, Valletta Fossa Boys, 10, Domus Kids Zejtun A, 1

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI – SEZZJONI B

Hamrun 147 B, 30, San Gwann Tiki Taka Spartans, 18, Birkirkara Youngsters, 15, Selmun Sports Club A, 13, Siggiewi Montekristo A, 9, PL Balzan A, 4

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI A

PL Floriana, 37, Cospicua Rangers B, 36, Birkirkara Juve, 34, Hamrun 1889 Bar, 28, Birzebbuga St Peters B, 21, Siggiewi Montekristo C, 13, Zebbug St Joseph B, 13, Selmun Sports Club C, 13, Mriehel Billiard House B, 8

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI B

Hamrun 147 D, 41, San Gwann Tiki Taka Buddies, 37, Birkirkara Bocci, 33, Siggiewi Montekristo B, 28, Selmun Sports Club B, 24, Qormi Anici, 19, Birzebbuga St Peters A, 13, Zebbug St Joseph C, 10, PL Balzan B, 5

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport