Monday, June 1, 2026

Il-PM Robert Abela jieħu l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz tal-President

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra f’ċerimonja li fil-Palazz tal-President fil-Belt ftit tal-ħin ilu.

Kien għall-ħabta tal-11:00 a.m., meta l-Prim Ministru Robert Abela wasal fi Pjazza San Ġorġ flimkien ma’ martu Dr Lydia Abela u binthom Geogia Mae. Huma sabu folla li laqgħethom.

Il-Prim Ministru ħa l-ġurament f’ċerimonja ppreseduta mill-Eċċellenza tagħha, il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono.

Mat-tmiem taċ-ċerimonja jibda t-triq lejn il-Berġa ta’ Kastilja, fejn jerġa’ jidħol bħala Kap tal-Gvern fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport