Monday, May 25, 2026

Borg jgħid li l-pajjiż ma jimxix ’il quddiem bil-calculator

Aqra wkoll

Meta kien qed jindirizza mass meeting f’Tas-Sliema, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li l-pajjiż ma jimxix ’il quddiem sempliċiment billi naraw statistika, numru jew bil-forecast.

“Serrħu raskom il-pajjiż ma jimxix ’il quddiem bil-calculator,” qal Dr Borg li nsista li l-pajjiż tinduna li qed jimxi ’l quddiem meta n-nies jgħixu ħajja ta’ kwalità, meta jkunu kburin b’Malta u Għawdex u jħossuhom komdi u siguri.

Dr Borg kompla jgħid li għandu tim lest li jibda jwettaq biex skontu jsolvi l-problemi tat-traffiku. Huwa reġa’ qal li fl-ewwel mitt jum se jibdew jaħdmu fuq il-proġett tat-trasport tal-massa u fl-ewwel ħames snin ilestu l-ewwel u l-ikbar linja ta’ dan il-proġett.

Huwa qal li s-Sibt li ġej, il-jum tal-elezzjoni ġenerali, se tkun għażla tal-Maltin u l-Għawdxin fejn f’dawk il-ħames sekondi, il-poter hu kollu f’idejhom. “Hu f’idejkom il-futur ta’ pajjiżna. Dawk il-ħames sekondi ibiddlu għal dejjem lil Malta u Għawdex li għandna quddimena. Għalhekk illum ngħidilkom kunu l-awturi tad-destin ta’ pajjiżna,” qal Dr Borg.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għadda wkoll messaġġ lil dawk li għandhom indeċiżi fejn qal: “intihom il-kuraġġ. Kunu intom il-katalisti tal-futur. Iddeċiedu u vvutaw.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport