Sunday, November 24, 2024

Bormla Subbuteo Club fil-finali tal-Grand Prix ta’ Mallorca

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fil-kompetizzjoni Grand Prix ġewwa Mallorca fi Spanja, in-numru 3 tar-rankings mondjali, Bormla Subbuteo Club, waslu sal-finali tal-Grand Prix ta’ Mallorca fejn tilfu 1-2 kontra Tiburones ta’ Spanja.

Fil-Grupp rebħu kontra Dragones ta’ Spanja u Elstow tal-Ingilterra 3-0. Fil- kwarti-finali rebħu 3-1 kontra Eugies tal-Belġju 3-1, fis-semi-finali 3-1 kontra Murcia, biex fil-Finali Bormla kienu l-ħin kollu 2-1 minn fuq fejn minuta minn tmiem il-logħba daret għal telfa ta’ 1-2 .

Għal Bormla dan kien it-tieni podju f’inqas minn ġimgħa wara r-rebħa fl-Awstrija. It-tim kien kompost mill-captain Jason Pisani, George Ebejer, il-Belġjan Bessim Golger, l-Awstrijakk David Busch Mauro u Josef Camilleri.

Is-Sibt fl-avvenimenti individwali l-plejers ta’ Bormla naqxu isimhom bil-kbir. Bessim Golger rebaħ il- kategorija Open b’George Ebejer jasal sas-semi-finali. 

Fil-Veterani Jason Pisani wasal sas-semi- finali u fil-Kategorija tan-nisa Katharina W.Busch waslet sat-tielet post. Il-kompetizjoni li jmiss għal Bormla SC hija l-MTFSA Grand Prix ta’ Malta fl-aħħar weekend ta’ April. 

Bormla Subbuteo Club jixtieq jirringrazzja għall-għajnuna lil VisitMalta, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, Mykonos by Yiamas, Euroclub Hotel, EJCS u Bormla Dynamos għall-għajnuna meħtieġa. Il-ġimgħa d-dieħla, it-tim se jkun qed jikkompeti f’Mallorca fi Spanja u fl-MTFSA Grand Prix ta’ Malta fl-aħħar ġimgħa ta’ April.

Sport