Tuesday, January 7, 2025

Bosta jsellmu l-memorja taż-żagħżugħ Alejandro Brincat magħruf bħal tal-Babx

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Alejandro Brincat, missier ta’ żewġt itfal, li għandu 25 sena hu l-vittma tal-inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija.

Fosta dawk li sellmu l-memorja tiegħu, kien hemm il-messaġġ ta’ tfajla Lashia Ellul, fejn kitbet hekk; “Kif jista jkun. B’rogħda kbira li qas nista nemmen kont għadek kif tkellimni ftit minuti biss. Mulej għaliex ma rridx nemmen kif tkellek tħallina hekk għid… kemm hi kiefra il-ħajja. Mur strieħ fis-sliem qalbi f’qalbi għal dejjem”

Bosta ħbieb tiegħu ddiskrivehw bħala persuna b’qalb tad-deheb u persuna ferrieħi. Messaġġ minnhom li spikka kien dak tal-ħabib tiegħu Charlo Spiteri, li fuq Facebook qal hekk; “Alejandro Brincat nafek żgħir. Konna skola flimkien ma nistax nemmen li kellek tħalli din dinja hekk. Persuna b’qalb tad- deheb u persuna ferrieħi ma hemmx iktar kliem biex tidiskrivik Babx”.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport