Tuesday, May 14, 2024

Bosta Naplitani ifakkru għeluq żmien il-mibki Maradona

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-bieraħ, diversi partitarji Naplitani fakkru l-memorja ta’ Diego Armando Maradona li kieku għadu ħaj kien jiċċelebra t-62 sena tiegħu.

Bosta ħwienet f’Napli li kif tidħol fihom għandhom ritratt ta’ El Pibe de Oro kienu mimlija Naplitani li tkellmu fit-tul dwar dak li għamel il-plejer Arġentin mat-tim tagħhom.

Maradona miet fil-25 ta’ Novembru 2020 u ma’ Napoli għex l-aqwa tal-karriera tiegħu hekk kif rebaħ darbtejn il-kampjonat, darba l-Coppa Italia, it-tazza UEFA  u s-Super Cup Taljana.

Sport