Tuesday, December 24, 2024

Budget bit-tema: MALTA ĠUSTA

Aqra wkoll

Ftit sigħat qabel ma jiġi ppreżentat il-Budget għas-sena d-dieħla, il-Gvern ħabbar li t-tema għal din is-sena hija Budget għal Malta Ġusta.

Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Budget se jibni fuq il-ħafna miżuri tajbin li diġà saru u għenu eluf ta’ familji Maltin u Għawdex. Qal ukoll li se jkun wieħed ġust u li se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.

Bil-budget tal-lum se jkun hemm 95,000 familja li se jingħataw għajnuna addizzjonali minħabba l-għoli tal-ħajja u għalhekk kważi d-doppju ta’ dawk tas-sena li għaddiet.

Il-Prim Ministru spjega li din l-għotja se tkun qiegħda tvarja bejn €100 u €1,500.

Ara iktar: https://www.facebook.com/reel/964734461755390?mibextid=kcDB8O

Ekonomija

Sport