Monday, May 13, 2024

“Budget għal-lum biss” – Bernard Grech

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu dwar il-Budget 2022, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li dan huwa budget għal-lum biss u li ma fih ebda strateġija, viżjoni jew direzzjoni.

Huwa qal li f’92 paġna ta’ diskors tal-budget, dwar dak li jridu għall-futur, dwar Malta ta’ għada, kulma fih tliet paġni biss. “Għal għada mal-Gvern Laburista m’hemm xejn ħlief dejn,” qal Grech.

Huwa kompla jgħid li dan hu budget li mhuwiex kredibbli. Qal ukoll li għas-sena d-dieħla qed ikun proġettat l-istess defiċit li kien imwiegħed għal din is-sena.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq ukoll li dan hu budget li nesa l-frontliners, lill-infermiera, lit-tobba, edukaturi, LSEs, u li nesa wkoll lill-Pulizija u l-bdiewa, raħħala u anke s-sajjieda.

Huwa semma wkoll li hemm miżuri tajbin li fi kliemu l-PN kien ilu jinsisti fuqhom fosthom mediċini b’xejn għall-IVF. Tenna li dan hu budget bla viżjoni għall-kwalità tal-ħajja, bla ebda viżjoni fuq l-ambjent ħlief “dawk li sfurzat jagħmel biex juża l-fondi Ewropej.” 

Sport