Sunday, December 22, 2024

“Budget li se jkompli jinċentiva t-tkabbir ekonomiku sostenibbli f’Għawdex”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Camilleri qal li l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex hi ċara li jkompli jkun il-mutur tat-tkabbir ekonomiku tal-ġid nazzjonali u tat-titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u r-residenti kollha f’Għawdex.

Huwa qal li l-budget 2022 se jkompli jinċentiva t-tkabbir ekonomiku sostenibbli f’Għawdex u l-prosperità ta’ kull min jagħżel lil Għawdex bħala d-dar tiegħu. Qal ukoll li ġie allokat l-akbar budget kapitali għal Għawdex, b’xejn inqas minn €27 miljun jiġu allokati għal proġetti kapitali f’Għawdex.

Huwa għamel referenza wkoll għall-għajnuniet mogħtija minn dan il-Gvern biex ikun minimizzat l-impatt tal-pandemija b’mod partikolari fis-settur tat-turiżmu. Hawn semma l-wage supplements, l-għajnuniet tal-kera u fil-kontijiet tal-enerġija u l-vawċers li tqassmu biex kompliet tiġi stimulata l-ekonomija tal-pajjiż.

Fis-sajf biss intefqu aktar minn €2.4 miljun f’vawċers u matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu qasmu l-fliegu kważi miljun persuna permezz tal-Gozo Channel u kwart ta’ miljun ieħor permezz tas-servizz tal-fast ferry.

Ekonomija

Sport