Bulgaru mfittex f’pajjiżu fuq ħruq ta’ postijiet se jiġi estradit

0
450

Bulgaru mfittex f’pajjiżu fuq ħruq ta’ postijiet se jiġi estradit lejn pajjiżu wara li tressaq fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

Vladimir Ivanov Pashev, ta’ 37 sena, allegatament ħarab minn pajjiżu u ġie Malta.

L-awtoritajiet Bulgari ħarġu mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tiegħu f’Jannar tas-sena li għaddiet.

Fi Frar li għadda l-Avukat Ġenerali ħarġet ordni ta’ arrest għal Pashev fejn minnufih bdiet it-tfittxija għalih u ġie arrestat.

Il-Bulgaru ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit lejn pajjiżu.