Friday, May 3, 2024

“Ċaħħduha minn imħabbet missierha… imma se ssib pajjiż sħiħ iħobbha”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-imwiet ta’ 13-il suldat fl-Afganistan waqt l-evakwazzjoni kawża ta’ attakk terroristiku qasmulna qalbna.  Smajna l-istejjer tagħhom. Rajna minn xhiex kien għaddej dan il-poplu b’ħafna jippruvaw jaħarbu. Rajna id-dedikazzjoni tas-suldati Amerikani kemm dawk li kienu qed jevakwaw fl-Afganistan u anke oħrajn f’bażijiet li fihom ittieħdu l-Afgani. Rajnihom, kif b’imħabba ħadu ħsieb it-tfal u nisa, b’każ anke twelled fuq ajruplan.”

“Proprju fl-aħħar sigħat, ħassejna uġiegħ ta’ qalb imma fl-istess ħin ferħ. Wieħed mis-suldati maqtula, kellu il-mara tiegħu tqila. Welldet prorpju fl-aħħar jiem kif ħabbret il-familja. Tarbija li ġie mċaħħad minnha. Tarbija li ġiet imċaħħda mill-imħabba ta’ missierha. Din hi tarbija li se tkun maħbuba minn pajjiż sħiħ.  Missierha li flimkien mat-12- l-oħra sħabu hu meqjus eroj. Kien għalhekk li nġabru somma sabiħa ta’ $800,000 biex it-tarbija u familtha ikunu mgħejjuna”.

Dawn kienu l-kummenti li għadditilna mara ta’ dixxendenza Maltija li tgħix f’Nevada, u li tkellmet dwar it-twelid ta’ din it-tarbija, li ma setgħax jonqos li tqajjem diskussjoni. Kienet fil-fatt omm il-mara ta’ dan is-suldat maqtul li ppubblikat ir-ritratti u tkellmet fuq dan it-twelid. 

“Lis-suldat maqtul jien ma kontx nafu. Imma imbagħad it-twelid tat-tarbija xegħel kull mhawn. Id-dieqa tibqa’ hemm. Meta seħħew l-attakki fi New York dan kien għadu tarbija. Tilef ħajtu f’dan l-attakk ta’ 20 sena. It-twelid ta’ din it-tarbija għandu jgħin lil din il-familja toħroġ minn din it-trawma”, tgħidilna l-mara ta’ dixxindenza Maltija.

Tispjegalna li “din it-tarbija diġa hi mfawwra bl-imħabba. Biżżejjed tara x’qed jgħidu fuq is-siti soċjali sħab is-suldat. L-għajnuna kbira anke finanzjarja li inġabret. Dan hu każ fejn kif minn traġedja, il-bniedem kapaċi jingħaqad biex jgħin”.

It-tarbija Levi Ryllee Rose McCollum, hi bint Rylee MCollum is-suldat maqtul u martu Jiennah. Is-suldat kien inqatel fis-26 ta’ Awwissu f’attakk terroristiku li hemm barra l-ajruport Hamid Karzai f’Kabul. 

Rylee u martu Jiennah iżżewġu proprju f’jum San Valentinu ta’ din is-sena. Hu kien intbagħad lejn l-Afganistan f’April li għadda, biex ikun parti minn dawk li jwettqu l-evakwazzjonijiet. Qabel telaq hu kien jaf li martu qed tistenna tarbija. 

Sport