Wednesday, April 24, 2024

“Ċajta” tiswieh 13-il xahar ħabs

Aqra wkoll

Somalu ta’ 21 sena ġie kkundannat 13-il xahar ħabs wara li fi tmiem ix-xahar li għadda ammetta li kien seraq mobile. Hu qal li kien għamel dan l-att b’ċajta fuq raġel li kien miexi f’Tal-Pietà.

L-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa li qed tmexxi l-prosekuzzjoni qalu quddiem il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo li Abdi Rizaq Mohammed Saleman – is-Somalu – seraq dan il-mobile fis-27 ta’ Jannar li għadda għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Zerafa qalet li biex jiġi arrestat ir-raġel kellu jiġi segwit hekk kif ipprova jaħrab lill-pulizija.

Min-naħa tiegħu s-Somalu li wkoll ammetta għall-akkużi kontrih qal li seraq dan il-mobile biex jagħmel ċajta, iżda imbgħad kien se jbiegħu.

Sport