Tuesday, May 14, 2024

Caritas Malta b’ħidma ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-poplu Tork u Sirjan

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-fondazzjoni Caritas Malta qiegħda taħdem b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis sabiex jinġabru donazzjonijiet ta’ flus b’risq is-Sirjani u t-Torok li bħalissa għaddejjin minn sfidi wara li ntlaqtu minn traġedja kkawżata minn żewġ terremoti. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Dawn id-donazzjonijiet se jkunu allokati għax-xiri tal-ikel u x-xorb, il-provvista tal-ilma, għall-akkomodazzjoni u bżonnijiet essenzjali oħra ta’ kuljum.

Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru b’mod dirett fil-kontijiet bankarji, jew jintbagħtu b’ċekk (il-banek isarrfu biss ċekkijiet ta’ €21 ’il fuq). Wieħed jista’ jgħaddi wkoll personalment f’Caritas Community Centre, Triq Mountbatten, il-Ħamrun u jħalli d-donazzjoni tiegħu, jew inkella jistgħu jingħataw donazzjonijiet lill-kappillani fil-parroċċi biex jgħadduhom lil Caritas Malta.

Dettalji tal-kontijiet bankarji:

HSBC MT22MMEB44897000000089021513051
BOV MT78VALL22013000000040023270071
APS MT31APSB77046000489010489011015

Dettalji għaċ-ċekkijiet:

Pagabbli lill-Fondazzjoni Caritas Malta – Emergency Aid Fund,

Indirizzat lil Caritas Community Centre, Emergency Aid Commission, Triq Mountbatten, il-Ħamrun, ĦMR 1577

Min jixtieq iktar informazzjoni dwar kif jista’ jgħin lis-Sirja u t-Turkija jista’ jċempel fuq 22199000.

Sport