Sunday, January 19, 2025

KATEGORIJA

Kronaka

Dan ir-raġel m’għadux imfittex mill-Pulizija

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, huma qalu li r-raġel li lbieraħ kien qed jiġi mfittex minnhom b’rabta ma’ investigazzjoni, m’għadux imfittex iżjed. Huma rringrazzjaw lill-pubbliku għall-għajnuna...

Identifikat ir-raġel li jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn BMW fi Triq is-Salina

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, huma qalu li għadu kemm ġie identifikat ir-raġel li ttajjar fi Triq is-Salina n-Naxxar, nhar il-15 t’April li għadda. Il-vittma huwa...

Arrestati ħames persuni b’rabta ma’ evażjoni ta’ €62 miljun f’taxxi

Ħames persuni qed jinżammu arrestati b'rabta ma' investigazzjoni li saret dwar evażjoni ta’ €62 miljun f’taxxi. Skont rapport maħruġ mit-Times of Malta ntqal li dawn...

Għin lill-Pulizija jsibu lil dan ir-raġel

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, huma qalu li dan ir-raġel qed jiġi mfittex minnhom b’rabta ma’ investigazzjoni. Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din...

Anzjan min-Nadur isfori ġrieħi gravi wara li ħabat f’ħajt ix-Xagħra

Għall-ħabta tal-10.30am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, ix-Xagħra, Għawdex. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel...

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fil-Marsa

Raġel ta’ 33 sena ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ traffikar tad-droga. Ir-raġel kien innutat fi Ġnien Patri Feliċjan Bilocca, il-Marsa u xħin induna bil-preżenza tal-Pulizija...

Żagħżugħ isofri ġrieħi f’wiċċu u fl-istonku wara li safa aggredit b’arma ppuntata

Żagħżugħ Marokkin weġġa' gravi wara li lbieraħ filgħaxija allegatament safa aggredit waqt li kien qiegħed fil-venda tal-linja qrib Pjazza Tritoni. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:30 p.m...

Arrestat wara li saq għal fuq in-nies b’mod perikoluż fl-Imġarr

Il-Pulizija arrestat raġel wara li saq b'mod perikoluż waqt l-attività ta' Festa Frawli fl-Imġarr. Jidher li l-Pulizija waqqfet lir-raġel minħabba s-sewqan perikoluż tiegħu meta huwa...

Tnejn iweġġgħu wara li ntlaqtu minn karozza f’San Pawl il-Baħar

Ingliż ta’ 25 sena u mara ta’ 27 sena mir-Repubblika Ċeka, it-tnejn residenti l-Imsida weġġgħu gravi wara li ntlaqtu minn vettura f’San Pawl il-Baħar. L-inċident...

Fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta ta’ nofsillejl kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dun Karm Birkirkara. Minn stħarriġ illi sar...

Għawdxi jweġġa’ gravi b’arma tan-nar fix-shooting range tan-Nadur

Għawdxi ta’ 41 sena resident l-Għrab weġġa’ gravi b’mod aċċidentali b’arma tan-nar waqt li kien jinsab fix-shooting range li hemm fit-Trejqa Ta’ Xurdin, in-Nadur....

AĠĠORNAT: Jinstab ir-raġel li kien imfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ każ pendenti li għaddej fil-Qorti

Fi stqarrija l-pulizija ftit tal-hin ilu qalu li r-raġel Cliff Falzon li kien qed jiġi mfittex b'rabta ma' każ pendenti fil-Qorti, instab. Il-Pulizija rringrazzjat...

Sitt żagħżagħ jiddaħlu l-Isptar wara li ħabtu ma’ arblu f’Ta’ Qali

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-11.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Ta’ Qali. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Toyota...

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Ħal Luqa

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-6:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa. Minn stħarriġ illi sar irriżulta...

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Tal-Barrani

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. Minn stħarriġ illi sar irriżulta...