Wednesday, July 24, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li nqaleb bi trailer fil-Gudja

Aqra wkoll

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-raġel ta’ 51 sena li aktar kmieni llum kien involut fl-inċident tat-traffiku fil-Ġudja sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

L-istqarrija tgħid li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 51 sena residenti l-Imqabba tilef il-kontroll ta’ trailer DAF li kien qed isuq u nqaleb.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew fuq il-post minħabba xi żjut u likwidi li ħarġu mill-istess vettura.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Xufier ta’ trailer l-Isptar wara li tilef il-kontroll tal-vettura fil-Gudja

Xufier ta’ trailer li għandu 51 sena u resident l-Imqabbad ittieħed l-Isptar wara li aktar kmieni għall-11:50 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fl-inħawi ta’ bejn dawret il-Gudja u Triq Ħal tarxien.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li x-xufier tilef l-kontroll tal-vettura waħdu u li fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Potezzjoni Ċiviili minħabba li kawża tal-istess inċident inxtered xi żejt fit-triq.

Sa issa il-kundizzjoni tax-xufier għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport