Wednesday, July 24, 2024

MAFA: Swieqi Braves telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Swieqi Braves telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA meta b’gowl uniku ta’ Italo dos Santos għelbu lil Marsa St Michael.

Mill-banda l-oħra, ir-rivali l-oħra għat-titlu Balluta Barracudas tilfu ċ-ċans li jżommu l-pass mar-rivali Swieqi hekk kif ġew megħluba minn San Ġwann Pro Evolution Academy bl-iskor ta’ 2-0.

Diego Leito da Silva u Tristan Perrin skorjaw il-gowls l-aktar importanti għal San Ġwann li issa komplew telgħin fil-klassifika wara bidu ferm diżastruż tal-istaġun.

Mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Għaxaq Wolves fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fil-klassifika meta b’gowl uniku tas-solitu Diego Fernando Pereira għelbu lil Mqabba Albions 1-0.

Mqabba kienu żvinturati li ma ħadux punt minn dan il-konfront meta fl-aħħar sekondi tal-logħba laqtu l-lasta wara xutt ta’ Jean Alesi Spiteri.

Birkirkara St Joseph u Gudja Wanderers temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, riżultat li ma ssodisfa lil ħadd minħabba li l-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika ftit inbidlet.

Keith Mifsud poġġa lil Gudja Wanderers minn fuq permezz ta’ penalty sabiex fit-tieni taqsima, Fabian Caruana ġab l-iskor indaqs għal Birkirkara.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Swieqi Braves 14, Balluta Barracudas 11, Valletta St Paul’s, San Ġwann Pro Evolution Academy 10, San Ġiljan Saints 8, Senglea Gunners, Marsa St Michael, Valletta Stars 6.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 19, Ta’ Ġiorni Wanderers 11, Mqabba Albions 8, Gudja Wanderers 7, Attard Edex Kings, Birkirkara St Joseph 6, Żebbuġ Youngsters, Buġibba Club de SWAT 5.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Ħal Far Titans 13, Ħamrun Amateurs 11, Naxxar Victorians 6, Kalkara Flames, Mosta Vikings 2

Ekonomija

Sport