Friday, October 4, 2024

Ministri tal-kabinett fil-Ġappun jirriżenjaw minħabba skandlu

Aqra wkoll

Erba’ Ministri tal-kabinett Ġappuniż, aktar kmieni din il-ġimgħa, intalbu jirriżenjaw wara li ġew akkużati bi skandli relatat ma’ flejjes u ġbir ta’ fondi.

Huwa mifhum li b’kollox kien hemm madwar €3 miljuni li allegatament spiċċaw tul dawn l-aħħar ġames snin f’kont bankarju użat minn dawn il-politiċi dwar dħul u spejjeż li allegatament kienu qed jagħmlu użu minnu b’mod korrott u llegali.

Din l-aħbar, kienet daqqa ta’ ħarta għall-Gvern, speċjalment għal Prim Ministru Fumio Kishida. Skont stħarriġ illi sar riċentament, l-appoġġ pubbliku għall-Partit Liberali Demokratiku (LDP), li ilu fil-gvern kważi kontinwament mill-1955, waqa’ taħt it-30% għall-ewwel darba sa mill-2012.

L-istess stħarriġ wera li l-votanti jinsabu rrabjati, kemm minħabba l-inflazzjoni fil-pajjiż, kif ukoll minħabba l-immaniġġjar tal-Prim Ministru.

Is-Segretarju tal-Kabinett u kelliem ewlieni tal-gvern, Hirokazu Matsuno, kien l-aktar wieħed prominenti mill-erba’ ministri. Il-Ministru tal-Ekonomija u l-Industrija Yasutoshi Nishimura, il-Ministru tal-Affarijiet Interni Junji Suzuki u l-Ministru tal-Agrikoltura Ichiro Miyashita rriżenjaw matul din il-ġimgħa.

Barra minn hekk, irtiraw ukoll ħames viċi ministri anzjani u viċi ministru parlamentari mill-istess fazzjoni, li qabel kienet immexxija mill-mibki Prim Ministru Shinzo Abe.

Sport