L-aħbar ta’ għaxart ijiem waqfien mill-ġlied tat bidu għall-ċelebrazzjonijiet fil-Libanu. Fir-rigward, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan qal li dan il-perjodu se jagħti lok għal negozjati bejn uffiċjali minn Iżrael u mil-Libanu.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump għal darb’oħra qal li ftehim biex “tintemm il-Gwerra fl-Iran” huwa imminenti ħafna. Huwa żied li t-taħditiet ma’ Theran fil-kapitali Pakistana, Islamabad, jistgħu jerġgħu jinbdew fi tmiem din il-ġimgħa.

