Friday, April 17, 2026

Qed javvanzaw ix-xogħlijiet fil-Culture Hub li fih se jinkludi l-imħażen għall-parteċipanti tal-Karnival

Aqra wkoll

“Infurmat li x-xogħol fuq il-proġett li hu magħruf bħala l-Culture Hub li fih se jinkludi l-imħażen għall-parteċipanti tal-karnival fost l-oħrajn, jinsab għaddej. Filfatt, wara li ġie mogħti l-kuntratt tal-ewwel tender tal-iskavar, tħammil, u ppuntar (piling), wara sejħa pubblika skont il-proċeduri u r-regoli tax-xiri pubbliku, ix-xogħolijiet qed javvanzaw”.

Iddikjara dan il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ. 

Il-Ministru Bonnici irrimarka li   s’issa ġew demoliti l-istrutturi kollha fuq is-sit, beda l-ewwel parti ta’ tħammil u l-iskavar fuq is-sit. Kompla jispjega li wara ser jsegwu x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u dawk ta’ finitura u elettriku, skont ir-regoli ta’ procurement.

Tenna jgħid li dan il-proġett huwa parzjalment finanzjat minn fondi Ewropej u għalhekk gvernat mill-iskadenzi tal-istess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport