Chantalle Gauci, l-omm ta’ 38 sena li nhar it-Tlieta li għadda tilfet ħajjitha traġikament f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan, se tingħata l-aħħar tislima nhar it-Tlieta fid-9:00 a.m. f’San Ġiljan stess.
L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq L-Arċisqof Romero, ftit ’il barra minn Triq Birkirkara. Il-kelliem għall-Pulizija Brandon Pisani qal li sakemm waslu fuq il-post it-timijiet mediċi u anke l-pulizija, il-mara kienet diġà bla ħajja.
Jidher li wara l-vittma ħarġet mill-vettura, għal xi raġuni l-istess vettura mxiet b’lura u hi nqabdet taħt tagħha. Jirriżulta li magħha fil-karozza kien hemm it-tifla tagħha ta’ 6 snin.
Dwar dan il-każ se tkun qiegħda tinfetaħ inkjesta biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha