Thursday, April 18, 2024

Chelsea miżmuma f’darhom minn Fulham

Aqra wkoll

Chelsea ħadu daqqa ta’ ħarta oħra fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League meta f’darhom ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals. 

Dan minkejja li Chelsea kellhom bosta players ġodda li ffirmaw f’Jannar li għadda fosthom il-midfielder Arġentin, Enzo Fernandez, li sewa lill-Pensioners £107 miljuni li hija somma rekord Britannika. 

Huwa ħalla impressjoni tajba fejn resaq viċin li jiftaħ l-iskor iżda x-xutt tiegħu għadda jħakkek mal-lasta fit-tieni taqsima. Peró, l-aktar li resaq viċin kien Kai Kavertz eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima meta llobja l-ballun iżda ġie mċaħħad mill-wieqfa.

Chelsea setgħu rebħu l-logħba lejn it-tmiem iżda t-tentattiv ta’ David Fofana ġie maqlugħ minn fuq il-linja fatali.

Ekonomija

Sport