Monday, April 22, 2024

ARA: Il-Gabbana tal-Ħamrun tinħakem min-nirien qawwija

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu proprju għall-ħabta tat-8.30 p.m diversi uffiċjali issejħu biex jassistu fi Pjazza Fra Diegu fil-Ħamrun wara li l-Kiosk inħakem minn nirien qawwija.

Dan is-sit jinsab infurmat li fil-ħin ta’ dak li s’issa jidher li kien inċident, xi ħaddiema kienu fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-istess kiosk.

Skont l-ewwel informazzjoni jidher li ħadd ma weġġa’ gravi minkejja li ritratti u filmati juru li l-kiosk sofra ħsarat estensivi kawża tan-nirien qawwija.

Fil-post hemm uffiċjali oħrajn li qegħdin jidderiġu t-traffiku filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.

Sport