Tuesday, April 23, 2024

Chelsea se jkollhom iħallsu €50m jekk iridu lil Presnel Kimpembe

Aqra wkoll

Chelsea ġew infurmati li se jkollhom iħallsu €50m jekk jixtiequ jiffirmaw lid-difensur ta’ Paris Saint-Germain, Presnel Kimpembe, matul dan is-sajf.

Il-Blues mistennija jiffirmaw żewġ difensuri ċentrali ġodda fis-suq attwali, b’kemm Andreas Christensen kif ukoll Antonio Rudiger ħallew lill-club bi free transfer.

Cesar Azpilicueta jista’ jitlaq ukoll fil-ġimgħat li ġejjin, b’Barcelona għadhom maħsuba li qed jimbuttaw biex jiffirmaw lill-player internazzjonali ta’ Spanja fis-suq attwali.

Sport