Friday, April 26, 2024

Riyad Mahrez viċin li jġedded il-kuntratt ma’ Manchester City

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester City, Riyad Mahrez, jinsab viċin li jiftiehem dwar kuntratt ġdid ta’ tliet snin maċ-champions Ingliżi sas-sajf tal-2025.

Il-player ta’ 31 sena issa daħal fl-aħħar 12-il xahar tal-ftehim eżistenti tiegħu fl-Etihad Stadium, wassal għal spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu.

Mahrez spiss kien jikkompeti ma’ Gabriel Jesus għall-post fuq il-lemin fl-istaġun 2021-22, iżda l-player internazzjonali Brażiljan huwa mistenni li dalwaqt jitħabbar bħala player ta’ Arsenal.

Sport