Friday, April 26, 2024

Chris Dawson jintbagħat 24 sena ħabs għall-qtil ta’ martu 

Aqra wkoll

Raġel Awstraljan li sar is-suġġett ta’ podcast popolari dwar il-kriminalità kien ikkundannat 24 sena ħabs għall-qtil ta’ martu.

Chris Dawson ta’ 74 sena nstab ħati f’Awwissu wara għexieren ta’ snin ta’ spekulazzjoni dwar l-għajbien ta’ Lyette Dawson fl-1982.

Imħallef iddikjara li Dawson qatel lil martu sabiex ikun jista’ jkompli r-relazzjoni tiegħu mal-maħbuba żagħżugħa tiegħu. L-Avukat tiegħu indika li wisq probabbli se jkun qiegħed jappella mis-sentenza.

Is-Sinjura Dawson kellha 33 sena meta sparixxiet mir-residenza tagħha f’Sydney. Il-katavru tagħha għadu ma nstabx u l-evidenza kollha ppreżentata fil-ġuri kienet ċirkostanzjali. 

Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Ian Harrison qal li r-reat ta’ Dawson kien “brutalità awto-indulġenti” li “la kienet spontanja u wisq inqas inevitabbli.” Qal li Dawson se jkun eleġibbli għall-parole wara 18-il sena filwaqt li rrikonoxxa li x’aktarx kien se jmut fil-ħabs. 

Sport