Monday, January 20, 2025

Christmas Market fil-Pjazza l-Ġdida tas-Sannat 

Aqra wkoll

Bejn is-Sibt 7 ta’ Diċembru u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru fil-lokalità tas-Sannat Għawdex, propju fi Pjazza Santa Margarita ttella’ dak li jissejjaħ il-Christmas Market. 

Din il-pjazza ġiet rinnovata fi proġett u nbniet mil-gdid b’aktar aċċessibbli b’żoni pedonali miftuħa għat-tgawdija tal-pubbliku u fl-istess ħin ħielsa mill-karozzi.   

Skond is-Sindku tal-lokal, is-Sur Philip Vella, qalilna li din l-attività ttellgħet għat-tielet sena konsekuttiva u li din kienet l-ewwel darba li ġiet organizzata f’din  il-pjazza. Attività popolari ta’ qabel il-Milied u ġiet organizza mil-Kunsill Lokali ta’ Sannat bl-għajnuna kemm tal-Ministeru ghal-Għawdex u l-Ippjanar kif ukoll mis-segreterjat tal-Kunsilli Lokali. 

Is-Sindku qalilna ukoll li peress din is-sena għandhom aktar spazju f’din il-pjazza l-Kunsill Lokali ħaseb għal armar u dekorazzjonijiet ġodda, kif ukoll jiġi organizzat aktar divertiment, b’aktar attivitajiet mis-snin l-imgħoddija. 

B’kollox kien hemm esebiti madwar 27 Christmas stalls, li wħud minnhom esebixxew firxa ta’ teżori tal-Milied, dekorazzjinijiet, rigali, ġojjellerija, arti, tfal setgħu jieħdu ritratti ma’ father Christmas fost oħrajn. Fost dawk tax-xorb u ikel, kien hemm ix-xarba tradizzjonali Maltija għal żmien il-Milied l-imbuljuta, fejn ir-riħa tagħha biss iddaħħlek fl-atmosfera tal-Milied, kif ukoll ċikkolata u inbud sħun.

Għal din l-atività attendew bosta familji mhux biss Għawdxin iżda wkoll Maltin u barranin fost il-kant kontinju tal-korijiet, gruppi ta’ żeffiena ta’ tfal bil-kostumi tal-Milied, attivitajiet tat-tfal kif ukoll mużika live ta’ groups Għawdxin.

Sport