Ċiniża mgħaffġa ma’ ħajt fil-Port tal-Imġarr

Aqra wkoll

Ċiniża ta’ 55 sena sfat mgħaffġa ma’ ħajt fil-Port tal-Imġarr Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm meta għal xi raġuni vann li kien misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti x-Xewkija tilef il-kontrol, tela’ fuq il-bankina u ħabat mal-ħajt.

Dak il-ħin minn fuq il-bankina kienet għaddejja ċ-Ċiniża flimkien ma’ persuna oħra li sfat mgħaffġa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

Aktar kmieni: Mara tittajjar fil-Port tal-Imġarr Għawdex

Mara ta’ madwar 60 sena kellha tiddaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li għall-ħabta tal-4.40pm ittajret minn vettura fil-Port tal-Imġarr f’Għajnsielem.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-mara ta’ nazjonalità barranija kienet miexja flimkien ma’ persuna oħra meta għal xi raġuni sewwieq ittajret.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku b’ambulanza li wara li assistew lill-mara ħaduha l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.

Filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident jidher li l-mara sofriet ġrieħi gravi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport