Monday, May 13, 2024

Claudio Grech iħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni

Aqra wkoll

Waqt l-attività tal-Partit Nazzjonalista li qed issir fil-Belt Valletta, Claudio Grech ħabbar li mhux se jkun qed jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali. Qal li huwa se jkun qed jagħmel hekk biex jagħti spazju lil uċuħ ġodda.

Grech qal:“Biex tagħti m’għandekx għalfejn tkun qed tieħu. Biex tikkontribwixxi, hija importanti l-qalb li tħobb il-PN u lil dan il-pajjiż. Jiena llum xtaqt li naqsam magħkom id-deċiżjoni tiegħi li dan l-ispazju nagħtih lil ħaddieħor, li dan l-ispazju niftħu għall-kandidati ġodda, għall-kandidati żgħażagħ tagħna biex dan il-partit ikompli jirriġenera ruħu. Qed nagħmel dan b’responsabbiltà għax nemmen li dan il-partit għandu futur kbir f’numru ta’ kandidati ġodda. Jiena dan il-pass lura mhux qed nagħmlu mill-PN, jew b’xi suppervja jew b’xi ġlied mal-PN.”

Żied jgħid: “Dan il-pass lura qed nagħmlu minn kandidat tal-PN, pero fil-ħames ġimgħat li ġejjin se nkompli naħdem mal-Kap tal-PN biex inressqu l-aqwa programm ta’ politika li iqatt ġie quddiem dan il-pajjiż biex jekk Alla jrid, bħal bieraħ ħames ġimgħat oħra, il-kap tal-PN ikun qed jieħu l-ġurament tiegħu bħala Prim Ministru tal-pajjiż.”

Sport