Friday, September 6, 2024

Cole Palmer se jġedded ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Chelsea se jkunu qed jiltaqgħu mal-aġent tal-plejer Ingliż Cole Palmer sabiex iġeddulu l-kuntratt tiegħu. Dan tal-aħħar qed jispikka ferm mal-Blues fejn minkejja li l-istaġun tal-klabb tiegħu mhux qed ikun daqshekk tajjeb, hu skorja 16-il gowl u wettaq 12-il assist f’35 partita.

Il-kowċ Mauricio Pochettino qed jilagħbu ta’ spiss apparti li anke l-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate induna bil-potenzjal tiegħu filwaqt li sejjaħlu sabiex jirrappreżenta lil pajjiżu.

Bħalissa Palmer qed jaqla’ madwar €400,000 fix-xahar iżda wara dan il-kuntratt, jaf ikun l-iktar plejer imħallas fl-iskwadra tal-Blues.

Ekonomija

Sport