Minn Cristian Muscat
FLORIANA………….. 1
FC DRITA…………… 1
F’partita valida mill-ewwel leg tat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League Floriana u FC Drita spiċċaw fi draw ta’ 1-1 fi tmiem drammatiku hekk kif iż-żewġ goals ġew skorjati fil-ħin miżjud.
Ta’ nota huwa l-fatt li t-tieni taqsima kienet karatterizzat bi qtugħ tal-provvista tal-elettriku, li iżda, ma affettwax il-momentum tal-players.
Kienu Drita li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta Kristal Abazaj indirizza cross lejn Arbmanay Manraj li d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet imdawra f’corner mill-goalkeeper, Guilherme Cioletti.
Fit-tmien minuta, reġa’ kien Cioletti li nterċetta lil Abazaj li seta’ għamel xi forma ta’ ħsara minn cross fuq il-lemin.
Fl-14-il minuta, il-Kosovani rebħu free-kick li minnu x-xutt ta’ Blerim Krasniqi għadda ftit barra.
Żewġ minuti wara, Floriana wieġbu għall-ewwel darba meta l-Kroat, Robert Muric, ittanta xortih peremzz ta’ xutt mid-distanza li iżda ġie salvat mill-goalkeeper, Faton Maloku.
Fit-18-il minuta, Drita reġgħu ħolqu l-periklu meta Albert Dabizay ikkontrolla tajjeb iżda l-konklużjoni tiegħu minn pożizzjoni ideali spiċċat ftit barra.
Fid-29 minuta, il-Kosovani resqu viċin li jiftħu l-iskor meta l-ewwel konklużjoni ta’ Vesel Limaj ġiet salvata minn Cioletti, u mill-azzjoni li segwiet, Jorgo Pellumbi ġiegħel lill-goalkeeper Furjaniż iwettaq l-isbaħ save tal-partita biex evita goal ċert.
Fit-42 minuta, Floriana kellhom ferħa bla temma meta minn azzjoni ta’ free-kick, il-ballun wasal għand Carlo Zammit Lonardelli li b’daqqa ta’ ras stupenda xeħet fix-xibka, iżda r-referee Norveġiż, Marius Hansen Grotta, kien pront u ħassar dan il-goal minħabba pożizzjoni ta’ offside.
Żewġ minuti wara, Paul Mbong, ikkontrolla tajjeb iżda tawwal ftit il-ballun, u minn taħt il-lasta spara għoli.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Drita kienu għoddhom skorjaw meta Igball Jashari ġie quddiem Cioletti li reġa’ kien providenzjali għall-Greens.
Wara l-mistrieħ, kien biss fit-68 minuta li waslet l-ewwel azzjoni meta Arab Manaj, żmarkat għal kollox, minn taħt il-lasta m’għamilx kuntatt sew bir-ras mal-ballun.
Fis-86 minuta, Paul Mbong kellu xutt mblukkat minn Altin Bytyqi li seta’ daħal fix-xibka.
Peró, fid-97 minuta Drita fetħu l-iskor meta f’kontrattakk veloċi, LIRIDON BALAY, illobja minn fuq Cioletti.
Iżda Floriana għamlu reazzjoni u fil-112-il minuta, kisbu d-draw meta minn cross ta’ Myles Beerman, AMAR DRINA xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka minkejja li l-kaxxa kienet iffollata bil-players.
Żewġ minuti biss wara, Floriana kienu sfortunati meta t-tenattiv ta’ Tomislav Gudelj ħabat ma’ sieq il-lasta.
Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Kauan, Fedrico Varela, Robert Muric (Kenan Dervisagic 62), Dunstan Vella (Chap Romano 73), Alen Kurtalic (Amar Drina 99), Owen Spiteri, Mustapha Jah (Zachary Scerri 73), Carlo Zammit Lonardelli (Tomislav Gudelj 73), Paul Mbong – Coach: Daniel Portela
FC Drita: Faton Maloku, Besnik Krasniqi, Igball Jashari (Hajdin Salihu 99), Vesel Limaj, Arb Manaj (Liridon Balaj 73) (Oniks Grezda 99), Albert Dabiqaj, Blerim Krasniqi, Altin Bytyqi, Raddy Ovouka, Jorgo Pellumbi, Kristal Abazaj (Blerton Sheji 88) – Coach: Zekirija Ramadani
Referee: Marius Hansen Grotta (Norveġja)
assistenti: Aleksander Jaeger, Erland Hareland (Norveġja)
Raba’ Uff.: Svein Tore Sinnes (Norveġja)
Skorers: L. Balay 97 (D); A. Drina 112 (F)
Ammoniti: K. Abazaj, B. Krasniqi, H. Salihu (D), P. Mbong (F)




