Wednesday, July 22, 2026
Home Internazzjonali Pete Buttigieg fost id-demokratiċi popolari għall-elezzjoni tal-2028

Pete Buttigieg fost id-demokratiċi popolari għall-elezzjoni tal-2028

0
3

Stħarriġ ġdid, li fih id-Demokratiċi ta’ l-istat ta Michigan ġew mistoqsija dwar lil min jixtiequ jmexxi l-partit tagħhom fl-elezzjoni presidenzjali tal-2028 fl-Istati Uniti kontra r-Repubblikani, wera li kandidat sorpriża – Pete Buttigieg – jista’ jsir it-tama l-kbira li jmiss tal-Partit Demokratiku.

Stħarriġ riċenti minn The Detroit News u l-istazzjon tat-televiżjoni ta’ Detroit WDIV-TV wera li Buttigieg, l-eks Segretarju tat-Trasport taħt il-president Joe Biden kien qed jikseb riżultati tajbin ħafna fl-istat.

Pete Buttigieg, li huwa ta dixxendenza Maltija, ikklassifika fit-tieni post fost il-kandidati favoriti fl-istat, b’appoġġ ta’ 19.4% fost il-500 resident ta’ Michigan li pparteċipaw fl-istħarriġ. L-eks Viċi President Kamala Harris ikklassifikat qablu.

Harris ġiet l-ewwel fl-istħarriġ b’appoġġ ta’ 25%. Skont The Detroit News, il-membru tal-Kungress minn New York u figura prominenti tax-xellug politiku, Alexandria Ocasio-Cortez (magħrufa bħala AOC), ġiet fit-tielet post bi 11.5%.

Fi stħarriġ ieħor imwettaq mill-Glengariff Group bejn it-8 u l-11 ta’ Lulju, irriżulta li kandidati meqjusa bħala “outsiders”, bħal Buttigieg u AOC, qed igawdu minn popolarità fl-istadju bikri tal-primarji Demokratiċi għall-elezzjoni tal-2028.

Skont ma qal lil Newsweek Craig Agranoff, professur tax-xjenza politika fi Florida Atlantic University, l-istħarriġ ma kienx għalkollox sorprendenti, iżda li r-riżultati żvelaw xi ħaġa interessanti dwar il-pożizzjoni tal-votanti ta’ Michigan f’dan l-istadju bikri tat-tellieqa.

Harris għadha tgawdi l-popolarità tal-isem u l-appoġġ istituzzjonali mill-perjodu tagħha bħala Viċi President u bħala n-nominata għall-2024. Għalhekk, il-fatt li tinsab fuq quddiem b’madwar 25% huwa loġiku, speċjalment minħabba s-saħħa tagħha fost setturi ewlenin tal-bażi elettorali.

Madankollu, filwaqt li l-fatt li Harris kienet fuq quddiem fl-istħarriġ il-ġdid ma kienx xi riżultat mhux mistenni, Agranoff innota li l-pożizzjoni ta’ Pete Buttigieg – li kien qed isegwi mill-qrib fit-tieni post skont ir-riżultati l-ġodda – kienet xi ħaġa li spikkat.

Il-Professur Agranoff jiddeskrievi lil Buttigieg bħala persuna li jitkellem b’mod ċar u artikolat u jappella għall-votanti li jixtiequ persuna iżgħar fl-età u b’viżjoni mħarsa ’l quddiem, mingħajr ma jxaqleb wisq lejn ix-xellug.

L-istħarriġ il-ġdid dwar l-orjentazzjoni tal-votanti f’Michigan ma kienx l-uniku stħarriġ riċenti li wera lil Buttigieg sejjer tajjeb fi stat ewlieni. Fit-30 ta’ Ġnju, St. Anselm College ippubblika riżultati interessanti ta’ stħarriġ ġdid dwar il-preferenzi tal-votanti fi New Hampshire fir-rigward tal-kandidati għall-presidenza.

Alexandria Ocasio-Cortez segwiet lil Buttigieg b’17%. Il-Gvernatur ta’ Kalifornja, Gavin Newsom, ikklassifika fit-tielet post fl-istħarriġ b’11%. L-istħarriġ wera li, għalkemm Harris kienet fuq quddiem fil-biċċa l-kbira tal-istħarriġ bikri, kandidati oħra huma popolari ħafna fi stati ewlenin.

Sad-19 ta’ Lulju, Harris kienet qed tgħaddi l-kandidati potenzjali għan-nomina presidenzjali Demokratika tal-2028 b’vantaġġ ta’ 11.6 punti perċentwali, abbażi tal-medja tal-aħħar tmien stħarriġiet kif analizzati minn RealClearPolling.

Hija kienet fuq quddiem b’appoġġ ta’ madwar kwart tal-votanti, jiġifieri 28.1%. Warajha, fit-tieni post, kien hemm Newsom b’16.5%, segwit minn Buttigieg fit-tielet post b’11.1%, AOC fir-raba’ post bi-8.5%, u l-Gvernatur ta’ Pennsylvania Josh Shapiro fil-ħames post b’7.1%.

Għadu mhux ċar iżda lil min se jagħżlu fl-aħħar mill-aħħar id-Demokratiċi biex imexxi l-partit tagħhom fl-elezzjoni presidenzjali tal-2028 kontra l-kandidat Repubblikan. Jekk l-aħħar stħarriġ bikri jirriżulta li huwa preċiż u korrett, Pete Buttigieg jista’ jkun wieħed mill-kandidati ewlenin li jikkompetu għan-nomina.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here