Rekord ġdid fid-domanda għall-elettriku f’pajjiżna

Aqra wkoll

Id-domanda għall-elettriku nhar it-Tlieta laħqet rekord ta’ 713MW, ferm ogħla mill-ogħla livell preċedenti ta’ 663MW irreġistrat fis-sajf ta’ tliet snin ilu. 

Dan intqal fi stqarrija li ħarġet Enemalta, hekk kif f’dawn il-jiem qed tkompli tippersisti l-mewġa ta’ sħana estrema, fejn fl-aħħar erbat ijiem, it-temperatura qabżet it-42 grad Celsius.

L-istqarrija tgħid li l-Enemalta għandha l-inġiniera, it-tekniċi u l-kuntratturi tal-kumpanija qed ikomplu jaħdmu bla waqfien biex jirrestawraw il-provvista tal-elettriku lill-klijenti milquta minn numru ta’ ħsarat fil-cables, wara domanda bla preċedent f’din il-mewġa ta’ sħana intensiva.

Intqal li t-timijiet tekniċi ħadmu matul il-lejl kollu biex jirrestawraw il-provvista f’diversi lokalitajiet u bħalissa qed ikomplu bit-tiswijiet. Fejn possibbli, qed jiġu pprovduti wkoll sorsi alternattivi sabiex tingħata lura il-provvista temporanjament sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.

Ġie spjegat li diġà sar progress sostanzjali, bil-provvista tal-elettriku tiġi restawrata f’lokalitajiet fosthom Birkirkara, Ħal Balzan, Ħal Lija, l-Iklin, ix-Xemxija u l-Mellieħa. Bħalissa, l-isforzi qed jiffokaw fuq partijiet mill-Kottonera, il-Kalkara, il-Fgura u Ħaż-Żabbar, fejn qed jiġu indirizzati numru ta’ ħsarat fuq cables f’dawn iż-żoni.

Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Enemalta, l-Inġ. Ryan Fava, assigura lillpubbliku li ġew mobilizzati r-riżorsi kollha disponibbli sabiex il-provvista tiġi restawrata fl-iqsar żmien li hu teknikament possibli u sigur.

Qal li t-timijiet tal-kumpanija qegħdin jaħdmu bla waqfien biex jirrestawraw il-provvista tal-elettriku lill-klijenti affettwati, u se jibqgħu fuq il-post sakemm jitlestew dawn ix-xogħlijiet.

L-Inġ. Fava qal li Enemalta għandha kapaċità biżżejjed ta’ ġenerazzjoni talelettriku biex tlaħħaq mad-domanda. Madankollu, il-kombinazzjoni ta’ temperaturi eċċezzjonalment għoljin għal perjodu twil u konsum bla preċedent poġġiet pressjoni straordinarja fuq partijiet min-network taddistribuzzjoni.

Sostna li se jkompli jitwettaq il-programm ta’ investiment tagħna biex insaħħu rreżiljenza tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku, sabiex jibqa’ kapaċi jilqa’ għad-domanda dejjem tikber għall-enerġija f’Malta.

Enemalta kkonfermat wkoll li għandha biżżejjed ħaddiema disponibbli, filwaqt li timijiet addizzjonali jinsabu lesti biex jintervjenu f’każ ta’ aktar ħsarat.

Il-kumpanija nnotat li ż-żoni fejn diġà tlestew xogħlijiet ta’ tisħiħ fin-network komplew jiffunzjonaw tajjeb minkejja d-domanda rekord. Dan juri l-valur tal-programm estensiv ta’ investiment li bħalissa jinsab għaddej. Dawn ixxogħlijiet jagħmlu parti mill-pjan ta’ investiment ta’ disa’ snin tal-Enemalta biex ikompli jissaħħaħ u jitħejja għall-futur in-network tad-distribuzzjoni talelettriku f’Malta.

Il-helpline 153 hija disponibbli għall-pubbliku 24 siegħa kuljum. Bil-prijorità assoluta tal-Enemalta tibqa’ li tagħti lura l-provvista tal-elettriku lill-klijenti kollha affettwati fl-iqsar ħin possibli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport