Tuesday, July 21, 2026
Home Sport Teddy Teuma ppreżentat b’mod uffiċjali minn Sliema Wanderers

Teddy Teuma ppreżentat b’mod uffiċjali minn Sliema Wanderers

0
12

Minn Cristian Muscat

Wara bosta spekulazzjonijiet issa l-aħbar hija waħda uffiċjali … Teddy Teuma huwa player ġdid ta’ Sliema Wanderers b’kuntratt ta’ sentejn.

Huwa ġie ppreżentat b’mod uffiċjali bil-flokk tal-Wanderers fl-uffiċini ta’ Betsson, f’Ta’ Xbiex, b’dawn tal-aħħar se jkunu l-isponosors uffiċjali tal-Blues.

Proprju rigward dan ġiet indirizzata konferenza stampa fejn beda biex tkellem il-president ġdid, Walter Arciola, li qal li permezz ta’ dan it-trasferiment ewlieni ta’ Teuma u anke oħrajn fosthom tal-goalkeeper, Henry Bonello u tal-attakkant Alex Satarino, huma qed jagħmlu stqarrija ċara – li jerġgħu lura għar-rebħ tal-unuri.

Huwa qal li għakemm m’hemmx dubju li dan huwa trasferiment ta’ ċertu kalibru, il-ftehim bejn iż-żewg naħat kien wieħed faċli u ntlaħaq mingħajr wisq dewmien.

Mistoqsi jekk dan hux l-aqwa team ta’ Sliema f’dawn l-aħħar snin, Arciola qal li għad fadal xi rtokki beix l-iskwadra tkun finalizzata u b’hekk dan għad irid jiġi konfermat għalkemm hwua afferma li fl-aħħar mill-aħħar huma r-riżultati fil-ground li jikkonfermaw dan.

Tkellem ukoll Teddy Teuma nnifsu li sostna li l-aspirazzjonijiet tiegħu u ta’ Sliema huma l-istess – li jkunu mal-elite tal-football Malti  fejn tassew jistħoqqilhom jiġifieri lura għar-rebħ tal-unuri. Huwa kompla jgħid li meta ġie ppreżentat bil-prospetti li jilgħab ma’ Sliema ftit li xejn dam jaħsibha hekk kif jaf sew lil pajjiżna u fost oħrajn jixtieq jilħaq ċerta stabbilitá f’ħajtu anke mal-familjari tiegħu.

Fost oħrajn huwa tenna li l-ħbiberija li teżisti bejnu u Henry Bonello … li issa huwa wkoll player ġdid ta’ Sliema … li bdiet numru ta’ snin ilu hekk kif huma membri ewlenin tat-team nazzjonali Malti, xprunatu bis-sħiħ biex jiffinalizza dan il-ftehim.

Huwa tenna li jħossu tassew kburi u eċċitat li se jkun qed jilgħab bil-flokk ta’ team bi storja glorjuża bħal ma huwa dak Sliema.

Intant, tkellem ukoll rappreżentant ta’ Betsson f’Malta u eks player ta’ Birkirkara, Ronni Hartvig, li qal li Betsson huma ferm kuntenti u onorati li se jkunu l-isponosr u l-fornituri uffiċjali ta’ Sliema f’dan l-istaġun.

Huwa sostna li meta raw bir-reqqa l-proġett ta’ Sliema li ġie preżentat lilhom, ma ħasbuhiex darbtejn biex jilħqu ftehim, hekk kif sostna li l-aspirazzjonijiet tal-Wanderers għas-snin li ġejjin huma tabilħaqq għoljin.

Teuma, konxju mil-livell dejjem jiżdied tal-football Malti, kien interessat li jesperjenza l-ogħla diviżjoni tal-football lokali. L-intenzjoni tiegħu minn dejjem kienet li jingħaqad ma’ club sfidant għar-rebħ tat-titlu, b’ambizzjonijiet ċari għar-rebħ tal-unuri u li għandu storja b’saħħitha fil-football Malti.

Huwa mifhum li huwa kellu wkoll diversi offerti minn barra minn Malta, fosthom interess konkret minn clubs fil-Greċja.

Teuma beda l-karriera tiegħu ma’ Hyeres fir-Raba’ Diviżjoni Franċiża – in-National 2 – u aktar tard lagħab ma’ US Boulogne fin-National 1 u Red Star FC li magħhom rebaħ ukoll il-promozzjoni minn National 1 għal-Ligue 2.

Huwa ħalla lil Red Star f’Jannar 2019 biex ingħaqad ma’ Union Saint-Gilloise fil-Belgian Challenger Pro League – it-Tieni Diviżjoni Belġjana – b’kuntratt ta’ sentejn u nofs.

Ma’ Union Saint-Gilloise, huwa għen lit-team għall-promozzjoni għall-Belgian Pro League fi tmiem l-istaġun 2020/21 bħala captain tat-team. Union Saint-Gilloise kellhom staġun eċċellenti fl-2021/22, fejn kienu fil-kmand tal-klassifika matul l-istaġun kollu iżda spiċċaw fit-tieni post fil-play-offs u fl-istaġun ta’ wara, qattgħu l-biċċa l-kbira tal-istaġun fit-tieni post, iżda kellhom jikkuntentaw bit-tielet post għalkemm laħqu l-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League. Huwa ħalla lill-club biex jingħaqad ma’ Stade de Reims fil-Ligue 1 fis-sajf tal-2023.

Dan qabel ma fis-16 ta’ Jannar ta’ din is-sena, ingħaqad ma’ Standard Liege fil-Belġju bl-esperjenza tiegħu ma’ dan il-klabb iżda tkun waħda qasira.

Għall-fini ta’ statistika, Sliema huma rebbieħa ta’ 26 Kampjonat, 22 FA Trophy u bosta unuri oħra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here