Saturday, May 18, 2024

Conor Bradley jingħaqad ma’ Bolton Wanderers b’self

Aqra wkoll

Liverpool ħabbru li d-difensur lemini Conor Bradley ingħaqad ma’ Bolton Wanderers b’self għall-istaġun 2022-23.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena deher fil-biċċa l-kbira f’livell tal-youths għar-Reds fl-istaġun 2021-22, iżda għamel il-pass għall-football tal-kbar taħt il-gwida ta’ Jurgen Klopp u għamel ħames dehriet fl-ewwel team fil-kompetizzjonijiet kollha.

Bradley intgħażel għal żewġ partiti mill-bidu fl-EFL Cup u lagħab id-90 minuta sħaħ kontra Shrewsbury Town fit-tielet round tal-FA Cup, fejn irreġistra assist, u ddebutta fiċ-Champions League minn fuq il-bank tar-riservi kontra AC Milan f’San Siro.

Sport