Tuesday, April 16, 2024

Covid-19: 166 każ ġdid u jfiqu 25 persuna

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 4,302 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 166 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 25 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 2,487.

L-awtoritajiet tas-saħħa taw xi dettalji b’rabta mal-199 każ li kienu rrapurtati lbieraħ. Minn dawn, 149 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 snin u 39 sena. L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 28 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 17-il pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 33,198 fejn minnhom 30,291 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 420 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 733,736 doża. Minn dawn 389,025 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 362,923 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ritratt: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport