Wednesday, March 27, 2024

Covid-19: 94 każ ġdid u jfiqu 126

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,136 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 94 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 126 persuni ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 2,262.

L-awtoritajiet tas-saħħa taw xi dettalji b’rabta mal-127 każ li kienu rrapurtati lbieraħ. Minn dawn, 86 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 snin u 39 sena. L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 33 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 39 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 33,762 fejn minnhom 30,683 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 421 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 744,521  doża. Minn dawn 393,062 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 370,187 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport