Monday, May 13, 2024

Covid-19: Spanja bi stat ġdid ta’ emerġenza hekk kif il-każi ġodda jibqgħu jiżdiedu b’mod allarmanti

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez illum ħabbar stat ġdid ta’ emerġenza f’tentattiv li jikkontrolla l-infezzjonijiet ta’ Covid-19 li kulma jmur dejjem aktar qed jiżdiedu. fost il-miżuri mħabbrin hemm curfews li jidħlu fis-seħħ filgħaxija u limitazzjonijiet fl-ivvjaġġar bejn ir-reġjuni f’ċerti każi.

“Qd ngħixu f’sitwazzjoni estrema… hija l-aktar waħda serja f’dawn l-aħħar 50 sena,” huwa qal waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet wara li laqqa’ l-Kabinett.

Il-miżuri se jkunu qed jidħlu fis-seħħ mil-lejla u se jkunu qed jirrikjedu lir-reġjuni kollha apparti lill-Gżejjer Canary biex jimponu curfew filgħaxija.

L-istat ta’ emerġenza se jkun qed jirrikjedi l-approvazzjoni tal-parlament biex ikun jista’ jibqa’ fis-seħħ għal aktar minn 15-il ġurnata. Sanchez talab lill-Parlament biex japprova l-estensjoni tal-miżuri sad-9 ta’ Mejju.

Numru ta’ reġjuni kienu qed jitolbu lill-Gvern biex jimplimenta l-miżuri.

Spanja kienet imponiet fost l-aktar lockdowns iebsin fl-ewwel xhur tal-pandemija, bil-miżuri jittaffew matul ix-xhur tas-sajf.

Madankollu bħall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, Spanja ntlaqtet minn mewġa oħra ta’ infezzjonijiet matul dawn l-aħħar ġimgħat, biex issa għandha waħda mill-ogħla rati ta’ infezzjonijiet fil-Punent tal-Ewropa.

Sport